Xinuma il-Fungi?
Heqq, pizza ai funghi hux! Hekk hu, ejja nibdew minn hemm. Normalment meta insemmu l-fungi nirreferu ghal-faqqieh li huwa il-parti riproduttiva tal-fungu. Biex nghamlu paragun, il-fungu qisu sigra bi frieghi iraqa immens (imsejjha micelju) li tghix kompletament taht l-ahrt, mohbija minn l-ghin. Inkella tista tkun tghix gewwa l-injam ta’ xi zokk ta’ sigra qed tmut. Dan il-micelju tant hu irqieh li jifed l-injam! Il-faqqieh huwa paragunabbli mal-fjura ta’ din is-sigra mghamula mill-micelju; l-organizmu li jghamel iz-zerriegha li fil-kaz tal-fungi tissejjah spori. Kull faqqieh jipproduci miljuni ta’ spori u dawn tant huma zaghar li jittajru ma l-arja ta’ madwarna u nehduhom man-nifs minghir ma nindunaw. Kif jigu u x’jghamlu l-ispori huwa suggett erotiku ghal artiklu iehor.
Biss biss nghidilkom li l-Oregon hemm fungu kbir 5 kilometri u ghadu elfejn sena…u qabel id-dinosawri l-art kienet ikkolonizzata minn familja ta faqqieh ggant jissejjah Prototaxites li kien jkber sa 8 metri gholi. Ara x’pizza tghamel bieh!
Biex zgur nitfixklu, l-anqas ix-xjentisti ma jaqblu fuq kemm hawn varjetajiet ta’ fungi fid-dinja pero biex naqtawha jistmaw li hawn bejn 2 u 6 miljuni. Minn dawn ghadna skoprejna biss xi 120 elf u f’Malta ghandna nies li skoprew fungi godda. L-istudju tal-fungi jissejjah myclogy u allura in-nies li jistudjawhom jissejjhu mycologists. Hemm fungi li jghamlu il-faqqieh u dawk li ma jghamlux faqqieh, li nafuhom bhala moffof. Dawn il-moffof huma importantissmi ghalina ghaliex jew ihassru l-ikel li ma jkunx ghadu tajjeb ghal konsum jew inkella itejjbu ikel bhal gobnijiet u salami li fuq il-qoxra tahhom ghandhom moffof specifici. Per ezempju, il-gobon Camembert jiehu it-toghma tieghu mil-moffa Geotrichum candidum u l-gobon tat-tursina ma fiehx tursin pero’ fieh il-moffa Penicillium roqueforti. Qed idoqqlok qanpiena dan l-isem? Penicillium hija wkoll il-moffa li minnha ssir il-peneciline; medicina li tintuza biex teqred moffof u batterji li jistghu ikunu ta’ dannu ghal sahhet il-bniedem u li ssalva mijiet ta’ l-eluf ta hajjiet kull sena. Moffof ohra li ma semmejniex huma dawk imsejjha bhala hmira li nuzaw biex nghamlu il-birrer, l-imbejjed, il-hobz, il-kejkijiet u il-pizza.
U hawn ergajna gejna ghal pizza li bdejna bieha. Kif nittama li fhimtu s’issa, il-fungi huma hafna aktar minn faqqieh ghal fuq il-pizza jew semplicement ikel. Fil-fatt il-fungi la huma pjanta u l-anqas annimal. Biologikament huma simili aktar ta’ annimal u dan ghaliex ma juzawx ix-xemx biex jghamlu l-ikel tagghom (bhall fotosintezi fil-pjanti) izda jitilqu enzimi li jmermru materjali organici u li minnhom jassorbu in-nutrijenti li ghandom bzonn. Hawn fungi (Pleurotus sp.) li sahansitra jikkaccjaw dud mikroskopiku (nematodes) biex minnhom jiehdu in-nutrijenti.
Insomma, ha nieqaf hawn ghax il-Mara tgidli li la nibqa nredden fuq dan is-suggett ma nieqafx. Jien Godwin, ghandi pjacir, u avolja m’hinix xi mycologist ser inkun qed naqsam maghkom sensila ta’ artikli biex inzidu l-gharfen fuq is-suggett b’mod semlici u ftit umoristiku, ghaliex le. Fil-fatt dan huwa suggett vast immens li jehodna f’dinja ta’ holqien stramba u misterjuza u li illum missejnielha kemm kemm il-wicc.
U bilhaqq, jekk meta tinza il-kalzetti tohrog rieha ta’ gobon tas-sajd…dik moffa wkoll; Trichophyton. Pero’ jekk jghogbok tipprovax tghamel il-gobon bieha!