Is-siġar għandhom l-internet taghhom ukoll. L-ewwel parti.
Kull min qed jaqra dan l-artiklu, wasal għalieh bl-użu ta’ l-internet. Huwa fatt ukoll li min għandu ċertu eta’, speċjalment dawk li twieldu fl-era ta’ qabel l-internet, jafu x’bidla ġabet fil-hajja din il-konnessjoni globali li għaqqdet lil kulhadd flimkien u ġabet id-dinja kolla gewwa naqra ta’ smart phone li tista zzomm f’id wahda.
U x’jgħaddilkom minn mohhkom jekk ngħidilkom li s-siġar għandhom l-internet taghhom ukoll? Iva, specjalment f’pajjiżi fejn l-ambjent naturali jista jsostni ċertu ammont ta’ vegetazzjoni folta bhall foresti u ġungli.
Diga nafu li il-parti l-kbira ta’ l-organiżmu li jipproduċi il-faqqiegħ, jiġifieri il-fungu, jgħix taħt l-art. Dan l-organiżmu huwa mgħamul minn ħjut irqaq immens jissejħu “hypha” u li flimkien jifformaw “wires” li jissejjħu miċelju. Hawn diversi tipi ta’ fungi jingħaqdu u jikkonnektjaw ma l-għeruq tas-siġar u din il-konnessjoni hija tant importanti li illum ix-xjenza tgħidilna li mingħira ma setgħux jeżistu foresti u ġungli!
Sa ftit snin ilu konna naħsbu li l-għan ta’ dawn il-konnessjonijiet kellhom biss l-iskop li jtejjbu il-firxa ta’ l-għeruq tas-siġar pero’ illum nafu li dawn il-konnessjonijit mhux biss jestendu minn l-għeruq ghal ġewwa l-art, pero’ minn siġra ghal l-ohra wkoll. Għaliex?
Diversi studji li saru juru li dawn il-ħjut ta’ miċelju iġorru sinjali kimici u nafu wkoll li dawn is-sinjali m’humix każwali. Is-siġar jużaw dan in-network ta’ miċelju biex jikkomunikaw ma xulxin…u jibgħatu is-selfies! Le le, selfies le, pero’ is-siġar jgħidu lil xulxin meta jkunu qed jesperjenzaw xi stress ambjentali (bhall għatx jew riħ qawwi) jew bioloġiku (bħall mard jew infestazzjonijiet).
Fill-fatt sar studju li juri li meta siġra ġewwa foresta tigi attakkata minn infestazzjoni ta’ insetti, is-siġar ta’ madwara iżidu il-produzzjoni tar-reżina li tgerrex l-insetti li jieklu il-weraq tas-siġar. Dan huwa partikolarment evidenti f’dawk li jissejjħu foresti verġni jew old-growth forest li jfisser li fl-isorja tal-bniedem dawn qatt ma gew meqruda u minn dejjem kienu foresti. Wiehed minn dawn in-networks li jinstab fl-Oregon jghaqqad 8.9 km2 ta’ foresta!
Mela jekk tkun qed tqalleb fuq xi media soċjali u tara ritratt ta’ xi ħarruba, issa trid titħasseb min għamlu hemm dak ir-ritratt; in-nies jew il-ħarruba stess!?