Mushroom Talk

A word or two about our friends fungi

October 27, 2025
71gqT7QhwfL

Id-Dilemma tal-Harifa

Kull tant nizbalja.

Kull tant ingerger fuq min jaqta il-faqqieh bl-addogg. Kull tant taqbizli ghax ahna il-Maltin li kien ghalina nieklu l-art ta’ tahna, forsi rizultat ta’ l-ghaks li batew missirijietna.

Pero’, x’jiswa li ngerger jekk ma nghallimx?  X’jiswa li dak li jkun nghidlu li qed jghamel hazin minghir ma nghidlu x’lahjar u kif l-ahjar li jsiru l-affarijiet?

Mela, ha niddedika dan l-artiklu qasir biex inpatti ta’ kull meta gergirt manghir ma ghallimt.

X’GHANDU SPECJALI L-FAQQIEH SELVAGG?

Xejn. Ili snin inkabbar, nigbor u niekol il-faqqieh, u jekk ikollok ittini faqqieh selvagg u faqqieh ikkultivat (ta’ l-istess razza) probabbli li ma ngharafx wiehed minn l-iehor, specjalment jekk ikun misjur fiz-zejt jew fil-butir.  Il-faqqieh selvagg espost ghal ambjent u ghal dak kollu li hemm fl-ambjent…bzieq tal-bebbux, eskrementi ta’ l-annimali, bu gherwien, attakki ta’ l-insetti, trab u dak kollu li nsibu qalb il-haxix. Tajjeb ukoll li tkunu tafu li il-faqqieh jispunta u jilhaq f’xi 4 ijiem qabel ma jiskorri u allura ma tantx ikollu cans jakkumula hmieg fuqu.  Dak ikkultivat jigi imkabbar f’ambjent nadifissmu u jekk tghazel prodott tajjeb, preferibilment organiku jew artigjanali, huwa l-aqwa.  Il-faqqieh imkabbar industrijalment tajjeb ukoll pero’ dejjem hemm dak l-element ta’ produzzjoni intensiva.

 

KIF NGHARFU L-FAQQIEH?

Il-mistoqsija eterna u kull ma ser nghamel hu li nirreferikom ghal artiklu iehor li ktibt xi zmien ilu. Dan m’hux suggett tac-cajt pero’ l-anqas hemm ghalfejn nidrammatizzaw.  Il-faqqieh ma jigdimx u sakemm ma niekluhx bl-addogg ma jamlilniex hsara. Arawh, aprezzawh u teqirduhx! Hawn hafna tghalim fuq ir-rwol tal-faqqieh fin-natura u m’hux ser nidhol f’dan il-mertu ghax inkella ma nispiccaw qatt.

https://mycomalta.com/liema-faqqiegh-jittiekel/

 

KIF JINQATA?

irridu nibdew billi jkollna idejna nodfa ghax inkella ha nhammgu kollox.  Il-faqqieh jinqata u m’hux jitqaccat. Allavolja jezistu imwies apposta ghal faqqieh, m’ghandekx bzonnhom. Kull ma trid tiehu mieghek sikkina taqta sew u pinzell taz-zebgha gdid idealment bix-xaghar kemm xejn iebes.

Il-faqqieh jinqata mil-baxx kemm jista jkun minghir ma jitqaccat. Faqqieh skorrut taqtawhx; dak xogholu jifrex l-ispori. Minn kull tlieta tajbin ghal-qtuh, aqbzu wahda ghal prokreazzjoni u il-wahdiet li taqbzu fejn hu possibli halluhom imbieghda minn xulxin halli zzidu il-firxa.

Kif taqtghu il-faqqieh, aqtghulu il-partijiet mahmuga, imgerrma, bil-kakka tal-bebbux jew li ghal xi raguni jew ohra ma jghojbukomx. Aqtghulu t-tiben jew weraq li jkollu mwahhel u trimmjawlu iz-zokk bix tnehhu il-partijiet mahmuga. Jekk tinnotawlu xi toqob zaghar daqs labra tal-hjata, dawn ikun fiehom bajd ta’ diversi insetti li jbidu fil-faqqieh. Qassrulu iz-zokk sakemm ma tibqghux taraw it-toqob. Jekk it-toqob jibqghu telghin sal kappa, armi l-hemm. Bil-pinzell tista tfarfar xi abra jew frak minn mal-faqqieh jew xi insett minn gol-gargi.

Il-faqqieh jitpogga fil-qoffa BISS ladarba jkun nadif pupilla u lest ghat-tisjir.

 

GHALIEX FIL-QOFFA/BIXKILLA U M’HUX BASKET

Meta naqtghu il-faqqieh inkunu qed innehhu l-organu riproduttiv tal-fungu; minghir faqqieh ma jistax jghamel zerriegha (spori). Dawn l-ispori huma irqaq immens, abra ifjen mit-terra u b’hekk billi inzommu il-faqqieh f’qoffa waqt li nkunu qed infittxu inkunu wkoll qed inferrxu l-ispori u possibilment nzidu il-firxa tal-fungu.

It-tini raguni ghanda x’taqsam mal-fatt li l-faqqieh huwa mghamul minn miljuni ta’ hjut irqaq immens imsejjha hyphae. Dan ifisser li l-ispazju bejn dawq il-hyphae jghamel il-faqqieh qisu sponza, jixrob kull qatra ilma li jmiss maggha. Jekk nghamluh fil-plastic, jghereq (jghamel l-gharaq) u jixxarrab u dan jikkomprometti ix-shelf life, id-dehera u il-frak aktar jehel mieghu.

 

HAZNA

Hawn hafna teoriji fuq kif tahzen il-faqqieh. Jien personalment nippreferi nuzah malajr kemm jista jkun u jekk nahznu, inzommu f’borza tal-karti miftuha fil-kexxun tal-fridge. Mal faqqieh tghamilx ikel b-irwejjah qawwijin bhall karfus, gobon, salami, bzar, etc ghax jiehu ir-rieha.

 

KIF JISSAJJAR?

Issa qed titolbu zzejjed u jien qabadni in-naghas!

Qed nipprova nahrab minnu ghax dan argument jahraq u hemm hafna opinjonijiet ta’ nies li fil-kcina kkwalifikati aktar minni.  Din l-opinjoni tieghi, personali, biex ittieghem it-toghma tal-faqqieh u m’hux ta’ dak li titfa mieghu.

Ghawn min jahslu, pero’ jien nippreferi ma nahslux ghax inhossu jigi bezina.  Importanti li jkun imnaddaf sew u jissajjar sew halli jissaffa dak kollu li jista jghamlilna l-hsara.

Qattghu bicciet kbar (bhall ma tqatta karta) biex ma tghaffgux. Jekk iz-zokk iebes, aqtghu u nehhieh. Sahhan tagen bil-ghatu u fieh itfa ftit zghira ilma, daqs espresso biz-zejjed. Itfa il-faqqieh u hallieh isir mghotti fil-fwar tieghu stess. Sa dan it-tant ixwi bicca hobz tal-Malti u idlika bil-butir (m’hux margarine!). Issa trid thaffef. Ser jigi hin fejn il-faqqieh jibda jfuh immens. Ikxfu u gholli in-nar halli tixxotta l-ilma li jjun hareg minnu. Melha, bzara u nofs kuccarina butir (m’hux margarine) jew zejt taz-zebbuga tas-sena ta’ qabel (halli ma jkollux toghma qawwija). Hawwad, aqleb fuq il-hobz mixwi u kul kollox shun. Barka t’Alla w’sliem!

 

Nispera li b’dawn in-naqra spjegazzjonijiet gharraftkom b’xi haga siewja. L-ahhar punt u forsi l-aktar importanti; ftakru li Malta art xotta u mghobbija bin-nies. Jekk il-faqqieh selvagg ma jingabarx bil-ghaqal u bil-galbu ma ndumux wisq ingawduh.

 


Copyright © 2024 MycoMalta  All Rights Reserved. - Developed by Globalmark.mt